Ms. Jeannine Sammut

Sa minn meta kont żgħira dejjem kelli għal qalbi l-lingwa Maltija. Fil-fatt irnexxieli ngħaqqad il-passjoni li għandi għat-tagħlim, flimkien mal-Malti. Wara li ħadt il-kors ta’ għalliema kemm tal-Malti u anke tal-Franċiż, ħassejt li għandi nkompli ntejjeb il-ħila tal-kitba speċjalment fejn tidħol l-ortografija. Għalhekk għamilt ukoll il-kors tal-qari tal-provi li żgur kien ta’ għajnuna anke għall-professjoni tiegħi.

Jiena nemmen li bħala Maltin mhux biss għandu jkollna mħabba lejn l-ilsien nattiv tagħna, imma għandna nagħmlu minn kollox biex niktbuh u anke nitkellmuh tajjeb. Għalhekk żgur li t-tagħlim tal-Malti jgħinna napprezzaw iktar din il-lingwa unika.